1 Samwel
27 Madankollu, David qal f’qalbu: “Issa xi darba għad ninqered b’id Sawl. M’hemm xejn aħjar għalija milli żgur li naħrab+ lejn art il-Filistin;+ u Sawl jaqtaʼ jiesu minni u ma jfittixnix iktar fit-territorju kollu taʼ Israel,+ u jien neħles minn idu.” 2 Għalhekk, David qam u hu u sitt mitt raġel+ li kienu miegħu għaddew għal għand Akis,+ bin Magħok, is-sultan taʼ Gat. 3 U David baqaʼ jgħammar m’Akis ġo Gat, hu u l-irġiel tiegħu, kull wieħed bin-nies taʼ daru,+ David u ż-żewġ nisa tiegħu, Aħinogħam,+ il-Ġeżragħelija, u Abigajl,+ mart Nabal, il-Karmelija. 4 U lil Sawl waslitlu l-aħbar li David kien ħarab lejn Gat, u għalhekk ma baqax ifittxu iktar.+
5 Imbagħad David qal lil Akis: “Jekk, issa, sibt il-ħniena f’għajnejk, ħa jagħtuni post f’waħda mill-bliet fil-kampanja, sabiex ngħammar hemmhekk; għax għala għandu l-qaddej tiegħek jgħammar fil-belt irjali miegħek?” 6 Għaldaqstant, dakinhar Akis tah Siklag.+ Huwa għalhekk li Siklag għadha tas-slaten taʼ Ġuda sa dan il-jum.
7 U l-għadd tal-jiem li David dam jgħammar fil-kampanja tal-Filistin kien sena u erbaʼ xhur.+ 8 U David telaʼ maʼ l-irġiel tiegħu sabiex jattakkaw lill-Gesurin+ u lill-Girżin u lill-Għamalekin;+ għax dawn kienu qed jgħammru fl-art li minn Telam+ tasal saħansitra sa Sur+ u ’l isfel lejn l-art taʼ l-Eġittu. 9 U David ħabat għall-art, u la raġel ma ħalla ħaj u lanqas mara;+ u ħa nagħaġ, baqar, ħmir, iġmla, u ħwejjeġ, u mbagħad mar lura u mar għand Akis. 10 Imbagħad Akis qallu: “Fejn attakkajtu llum?” Qallu David:+ “In-nofsinhar taʼ l-art taʼ Ġuda+ u n-nofsinhar taʼ l-art tal-Ġeraħmelin+ u n-nofsinhar taʼ l-art tal-Kenin.”+ 11 David ma kien qed iħalli lil ħadd ħaj, la raġel u lanqas mara, biex iġibu Gat, għax kien jgħid: “Li ma jmorrux jikxfuna u jgħidu, ‘Hekk għamel David.’”+ (U din kienet il-proċedura tiegħu l-jiem kollha li għammar fil-kampanja tal-Filistin.) 12 Għaldaqstant, Akis emmen+ lil David, u qal bejnu u bejn ruħu: “Hu sar bla dubju riħa tinten fost il-poplu tiegħu Israel;+ u jkollu jsir il-qaddej tiegħi għal dejjem.”