1 Samwel
29 U l-Filistin+ ġemgħu l-kampijiet kollha tagħhom flimkien f’Afek, waqt li l-Israelin kienu kkampjati ħdejn l-għajn li kien hemm f’Ġeżragħel.+ 2 U s-sidien alleati+ tal-Filistin kienu għaddejjin bil-mijiet u bl-eluf, u David u l-irġiel tiegħu kienu mexjin wara m’Akis.+ 3 U l-prinċpijiet tal-Filistin bdew jgħidu: “X’inhuma jagħmlu hawn dawn l-Ebrej?”+ U Akis qal lill-prinċpijiet tal-Filistin: “M’huwiex dan David, il-qaddej taʼ Sawl, is-sultan taʼ Israel, li ilu miegħi hawnhekk xi sena jew sentejn,+ u jien ma sibt+ lanqas ħaġa waħda x’ngħid fih minn dakinhar li ħarab biex jiġi għandi sa dan il-jum?” 4 U l-prinċpijiet tal-Filistin għadbu għalih; u l-prinċpijiet tal-Filistin issoktaw jgħidulu: “Ġiegħel lil dan ir-raġel imur lura,+ u ħa jmur lura lejn il-post tiegħu li tajtu int; u tħallihx jinżel magħna għall-battalja, li ma jmurx idur kontrina+ fil-battalja. U biex għandu jingħoġob maʼ sidu? Mhux bl-irjus taʼ dawn l-irġiel tagħna? 5 M’huwiex dan David li dwaru kienu jwieġbu lil xulxin u jiżfnu u jgħidu, ‘Sawl qatel l-eluf, u David l-għaxriet t’eluf’?”+
6 Għaldaqstant, Akis+ sejjaħ lil David u qallu: “Daqskemm hu ħaj Ġeħova,+ int rett, u l-ħruġ tiegħek u d-dħul tiegħek+ miegħi fil-kamp kien tajjeb f’għajnejja;+ għax ma sibt ebda ħażen fik minn dakinhar li ġejt għandi sa dan il-jum.+ Imma f’għajnejn is-sidien alleati+ m’intix tajjeb. 7 U issa erġaʼ lura u mur bis-sliem, sabiex ma tagħmel xejn ħażin f’għajnejn is-sidien alleati tal-Filistin.” 8 Madankollu, David qal lil Akis: “Għala, x’għamilt jien,+ u x’sibt int fil-qaddej tiegħek minn dakinhar li ġejt quddiemek sa dan il-jum,+ biex ma niġix u niġġieled kontra l-għedewwa taʼ sidi s-sultan?” 9 Għal dan, Akis wieġeb u qal lil David: “Jien naf tajjeb li int tajjeb f’għajnejja, bħal anġlu t’Alla.+ Biss huma l-prinċpijiet tal-Filistin li qalu, ‘Tħallihx jitlaʼ magħna għall-battalja.’ 10 U issa qum kmieni fil-għodu mal-qaddejja taʼ sidek li ġew miegħek; u intom tridu tqumu kmieni fil-għodu meta jkun sebaħ. Imbagħad morru.”+
11 Għaldaqstant, David qam kmieni, hu u l-irġiel tiegħu, biex imur fil-għodu+ u jerġaʼ lura lejn art il-Filistin; u l-Filistin telgħu lejn Ġeżragħel.+