14 “Meta fl-aħħar tidħol fl-art li qed jagħtik Ġeħova Alla tiegħek, u tkun ħadtha f’idejk u għammart fiha,+ u tgħid, ‘Ħa nagħmel sultan fuqi bħall-ġnus kollha taʼ madwari’;+
15 qis li tagħmel fuqek sultan li jagħżel Ġeħova Alla tiegħek.+ Minn fost ħutek għandek tagħmel sultan fuqek. Ma tistax tqiegħed fuqek barrani li m’huwiex ħuk.
19 Imma intom—intom illum ċħadtu lil Alla tagħkom+ li kien dak li salvakom mill-ħażen kollu tagħkom u min-niket tagħkom, u għedtu: “Le, imma għandek tqiegħed sultan fuqna.” U issa ieqfu quddiem Ġeħova bit-tribujiet tagħkom+ u bl-eluf tagħkom.’”