1 Slaten
17 U Elija+ t-Tisbi, wieħed mill-abitanti taʼ Gilegħad,+ qal lil Aħab: “Daqskemm hu ħaj+ Ġeħova l-Alla taʼ Israel li ninsab wieqaf quddiemu,*+ matul dawn is-snin la jkun hawn nida u lanqas xita,+ ħlief bl-ordni taʼ kelmti!”+
2 Issa l-kelma+ taʼ Ġeħova ġiet għandu, tgħid: 3 “Itlaq minn hawn, u dur lejn il-lvant u nħeba+ fil-wied* taʼ Kerit li qiegħed fil-lvant tal-Ġordan. 4 U ixrob mill-wied,+ u jien nordna ċ-ċawluni+ jipprovdulek l-ikel hemmhekk.”+ 5 U immedjatament, hu telaq u għamel skond il-kelma taʼ Ġeħova,+ u għalhekk mar u beda jgħammar ħdejn il-wied taʼ Kerit fil-lvant tal-Ġordan. 6 U ċ-ċawluni bdew iġibulu l-ħobż u l-laħam fil-għodu u l-ħobż u l-laħam fil-għaxija, u kien jixrob mill-wied.+ 7 Imma ġara wara ftit jiem li l-wied ixxotta,+ għax ma kinitx niżlet xita fl-art.
8 Issa l-kelma taʼ Ġeħova ġiet għandu, tgħid:+ 9 “Qum, mur Sarefat,+ li hi taʼ Sidon, u għammar hemmhekk. Ara! Jien se nikkmanda lil waħda mara, armla, biex tipprovdilek l-ikel.” 10 Għaldaqstant qam u mar Sarefat u wasal fid-daħla tal-belt; u kien hemm waħda mara, armla, tiġbor il-ħatab. Għalhekk, sejħilha u qalilha: “Jekk jogħġbok, ġibli boqqa ilma f’reċipjent biex nixrob.”+ 11 Hi u sejra ġġibhulu, hu sejħilha u qalilha: “Jekk jogħġbok, ġibli wkoll biċċa ħobż+ miegħek.” 12 Għal dan, qaltlu: “Daqskemm Ġeħova Alla tiegħek hu ħaj,+ m’għandix ftajjar,+ imma għandi ponn+ dqiq fil-ġarra l-kbira u ftit żejt+ fil-ġarra ż-żgħira; u, ara, qed niġbor ftit ħatab, u mbagħad irrid nidħol u nagħmel xi ħaġa għalija u għal ibni, u nikluha u mmutu.”+
13 Imbagħad Elija qalilha: “Tibżax.+ Idħol u agħmel kif għedt. Biss l-ewwel agħmel ftira żgħira għalija minn dak li hemm,+ u ġibhieli hawn barra, u mbagħad wara tistaʼ tagħmel xi ħaġa għalik u għal ibnek. 14 Għax hekk qal Ġeħova l-Alla taʼ Israel, ‘Il-ġarra l-kbira tad-dqiq ma tinħeliex, u l-ġarra ż-żgħira taż-żejt ma tispiċċax sal-jum li fih Ġeħova jibgħat ix-xita fuq wiċċ l-art.’”+ 15 Għalhekk, marret u għamlet kif qalilha Elija; u baqgħet tiekol, hi flimkien miegħu u taʼ darha, għal bosta jiem.+ 16 U l-ġarra l-kbira tad-dqiq ma nħlietx, u l-ġarra ż-żgħira taż-żejt ma spiċċatx,+ skond il-kelma li Ġeħova qal permezz t’Elija.
17 U wara dawn l-affarijiet, bin il-mara, sidt id-dar, marad, u l-marda tiegħu tant iggravat li ma kienx baqagħlu iżjed nifs fih.+ 18 Għal dan, hi qalet lil Elija: “X’għandi x’naqsam miegħek,+ O bniedem taʼ l-Alla l-veru? Int ġejt għandi biex tfakkarni fl-iżball tiegħi+ u toqtolli lil ibni.” 19 Imma hu qalilha: “Agħtini lil ibnek.” U ħadu minn ħdanha u ġarru fl-għorfa,+ fejn kien qed joqgħod, u meddu fuq soddtu stess.+ 20 U beda jsejjaħ lil Ġeħova u jgħid: “O Ġeħova Alla tiegħi,+ se ġġib il-ħsara wkoll fuq l-armla li qed ngħix magħha bħala barrani billi toqtlilha lil binha?” 21 U mtedd fuq it-tifel+ tliet darbiet u sejjaħ lil Ġeħova u qal: “O Ġeħova Alla tiegħi, jekk jogħġbok, ħalli ruħ+ it-tifel terġaʼ lura fih.” 22 Fl-aħħar, Ġeħova semaʼ leħen Elija,+ u ruħ it-tifel reġgħet lura fih u hu ħa l-ħajja.+ 23 Elija mbagħad ħa t-tifel, niżżlu mill-għorfa, u daħħlu d-dar u tah lil ommu; u Elija qalilha: “Ara, ibnek ħaj.”+ 24 Għal dan, il-mara qalet lil Elija: “Issa naf tassew li int bniedem t’Alla+ u li l-kelma taʼ Ġeħova li tinsab fuq fommok hija vera.”+