Ġenesi
25 U Abraham ħa mara oħra li kien jisimha Ketura.+ 2 U din wilditlu lil Żimran, Ġoksan, Medan, Midjan,+ Isbak, u Suwaħ.+
3 U Ġoksan nissel lil Xeba+ u lil Dedan.+
U wlied Dedan kienu l-Assurin, il-Letusin, u l-Lewmin.
4 U wlied Midjan kienu Għefa,+ Għefer, Ħanok, Abida, u Eldgħa.+
Dawn kollha kienu wlied Ketura.
5 U Abraham ta kulma kellu lil Iżakk,+ 6 imma lil ulied il-konkubini tiegħu, Abraham tahom għotjiet.+ Imbagħad, waqt li kien għadu ħaj, bagħathom ’il bogħod minn ibnu Iżakk+ lejn il-lvant, lejn l-art tal-Lvant.+ 7 U dawn huma jiem is-snin tal-ħajja li għex Abraham, mija u ħamsa u sebgħin sena. 8 Imbagħad Abraham ħa l-aħħar nifs u miet meta kien xjaħ sew, xiħ u sodisfatt, u nġabar maʼ niesu.+ 9 Għalhekk, uliedu Iżakk u Ismagħel difnuh fl-għar taʼ Makfela, fl-għalqa t’Għefron bin Soħar il-Ħitti li qiegħda quddiem Mamre,+ 10 l-għalqa li Abraham kien xtara mingħand ulied Ħet. Hemmhekk kienu midfunin Abraham u martu Sara.+ 11 U ġara li, wara l-mewt t’Abraham, Alla kompla jbierek lil ibnu Iżakk+ li kien qed jgħammar qrib Bir-laħaj-roj.+
12 U dan hu r-rakkont storiku taʼ Ismagħel,+ bin Abraham, li Ħagar l-Eġizzjana, il-qaddejja taʼ Sara, wildet lil Abraham.+
13 Issa dawn huma l-ismijiet taʼ wlied Ismagħel skond l-oriġini tal-familja tagħhom: Nebajot,+ l-ewwel imwieled taʼ Ismagħel, u Kedar,+ Adbel, Mibsam,+ 14 Misma, Duma, Massa, 15 Ħadad,+ Tema,+ Ġetur, Nafis, u Kedema.+ 16 Dawn huma wlied Ismagħel, u dawn huma ismijiethom skond il-btieħi tagħhom u l-kampijiet tagħhom imdawrin bil-ħitan:+ tnax-il kap taʼ tribù skond it-tribujiet tagħhom.+ 17 U dawn huma s-snin tal-ħajja taʼ Ismagħel, mija u sebgħa u tletin sena. Imbagħad ħa l-aħħar nifs u miet u nġabar maʼ niesu.+ 18 U huma għexu fit-tined minn Ħawila+ qrib Sur,+ li qiegħda quddiem l-Eġittu, sa l-Assirja. U dawn għammru quddiem ħuthom kollha.+
19 U dan hu r-rakkont storiku taʼ Iżakk bin Abraham.+
Abraham nissel lil Iżakk. 20 U Iżakk kellu erbgħin sena meta ħa b’martu lil Rebekka, bint Betwel,+ is-Sirjan,+ mill-Fiddien-aram,* oħt Laban is-Sirjan. 21 U Iżakk baqaʼ jitlob bil-ħrara lil Ġeħova b’mod speċjali għal martu,+ għax ma setax ikollha tfal;+ u Ġeħova semaʼ t-talb bil-ħrara tiegħu,+ u martu Rebekka ħarġet tqila. 22 U l-ulied ġo fiha bdew jissaraw bejniethom,+ u b’hekk qalet: “Jekk inhu hekk, għalfejn qed ngħix?” U marret tistaqsi lil Ġeħova.+ 23 U Ġeħova qalilha: “Żewġt iġnus hemm f’żaqqek,+ u żewġ popli se jinfirdu mill-ġewwieni tiegħek;+ u poplu+ se jkun iktar b’saħħtu mill-ieħor, u l-kbir jaqdi liż-żgħir.”+
24 U ż-żmien biex tiled għalqilha, u, ara, kellha tewmin f’żaqqha.+ 25 Imbagħad ħareġ l-ewwel wieħed ħamrani u ġismu kollu kien bħal libsa tas-suf;+ għalhekk, semmewh Għesaw.*+ 26 U mbagħad ħareġ ħuh li kellu idu mqabbda m’għarqub Għesaw;+ għalhekk, semmieh Ġakobb.*+ U Iżakk kellu sittin sena meta hi wildithom.
27 U s-subien kibru, u Għesaw sar raġel jinqalaʼ għall-kaċċa,+ raġel tar-rabaʼ, imma Ġakobb kien bniedem bla ħtija,+ jgħammar fit-tined.+ 28 U Iżakk kien iħobb lil Għesaw, għax kien iġiblu x’jiekol mill-kaċċa li jaqbad, filwaqt li Rebekka kienet tħobb lil Ġakobb.+ 29 Darba waħda Ġakobb kien qed isajjar ftit soppa, meta Għesaw ġie mill-għalqa u kien għajjien. 30 Għalhekk, Għesaw qal lil Ġakobb: “Jekk jogħġbok, agħtini belgħa minn dik is-soppa l-ħamra. Fittex agħtini ftit minn dik is-soppa, għax għajjien!” Kien għalhekk li semmewh Edom.*+ 31 U Ġakobb qallu: “L-ewwel u qabel kollox begħli d-dritt tiegħek bħala l-ewwel imwieled!”+ 32 U Għesaw wieġbu: “Ara! Jien wasalt biex immut, u x’jiswieli d-dritt bħala l-ewwel imwieled?” 33 U Ġakobb żied: “L-ewwel u qabel kollox aħlifli!”+ U hu ħaliflu u biegħ id-dritt tiegħu bħala l-ewwel imwieled lil Ġakobb.+ 34 U Ġakobb ta l-ħobż u s-soppa taʼ l-għads lil Għesaw, u dan kiel u xorob.+ Imbagħad qam u telaq. B’hekk, Għesaw stmerr id-dritt bħala l-ewwel imwieled.+