Proverbji 15:12 Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa 12 Min iwaqqaʼ kollox għaċ-ċajt ma jħobbx lil min iwiddbu.+ Għand l-għorrief ma jmurx.+ Ekkleżjasti 10:4 Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa 4 Jekk ħakkiem titlagħlu t-tempra* minħabba fik, żomm postok,+ għax il-kalma ttaffi dnubiet kbar.+ 1 Pietru 2:20 Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa 20 Għax x’mertu jkollkom jekk, meta tidinbu u tiġu msawtin, tissaportu?+ Imma jekk tissaportu meta tagħmlu t-tajjeb u tbatu,+ din hi ħaġa li togħġob lil Alla.+
20 Għax x’mertu jkollkom jekk, meta tidinbu u tiġu msawtin, tissaportu?+ Imma jekk tissaportu meta tagħmlu t-tajjeb u tbatu,+ din hi ħaġa li togħġob lil Alla.+