4 U Bogħaż telaʼ ħdejn bieb+ il-belt u qagħad bil-qiegħda hemmhekk. U, ara, kien għaddej il-qarib li kellu d-dritt tal-fidwa u li kien semma Bogħaż.+ U Bogħaż qallu: “Ersaq ’l hawn, ħabib, poġġi ftit bil-qiegħda.” Għalhekk, dak resaq u poġġa bil-qiegħda.