17 “Għala ma kiltux l-offerta għad-dnub fil-post li hu qaddis,+ ladarba din hi xi ħaġa mill-iktar qaddisa u hu taha lilkom ħalli twieġbu għall-iżball tal-ġemgħa sabiex tagħmlu tpattija għalihom quddiem Ġeħova?+
9 “‘U jridu jħarsu l-obbligu li għandhom lejja, sabiex ma jitgħabbewx bid-dnub minħabba fih u jkollhom imutu+ talli ma ħarsuhx għax kienu qed ikasbruh. Jien Ġeħova li qed inqaddishom.
18U Ġeħova qal lil Aron: “Int u wliedek u dar missierek miegħek twieġbu għall-iżball kontra s-santwarju,+ u int u wliedek miegħek twieġbu għall-iżball kontra s-saċerdozju tagħkom.+
11 Minħabba l-inkwiet taʼ ruħu hu se jara+ u jkun sodisfatt.+ Permezz taʼ l-għarfien tiegħu, il-ġust, il-qaddej tiegħi,+ se jġib qagħda ġusta lil ħafna nies;+ u l-iżbalji tagħhom iġorrhom hu.+
28 hekk ukoll il-Kristu kien offrut darba+ għal dejjem biex iġorr id-dnubiet taʼ ħafna;+ u t-tieni darba+ li jidher+ ma jkunx biex ineħħi d-dnub+ imma għal dawk li qed ifittxuh bil-ħerqa għas-salvazzjoni tagħhom.+