2 U Ġeħova qal lil Mosè: “Għid lil ħuk Aron li m’għandux jidħol meta jrid fil-post qaddis+ ’il ġewwa mill-purtiera,+ quddiem l-għatu li qiegħed fuq l-Arka, għax inkella jmut;+ għaliex jien se nidher fi sħaba+ fuq l-għatu.+
15 Issa dakinhar li twaqqaf it-tabernaklu+ s-sħaba għattiet it-tabernaklu tat-tinda tat-Testimonjanza,+ imma fil-għaxija fuq it-tabernaklu kien hemm bħal nar+ li baqaʼ sa fil-għodu.
42 U ġara li meta l-ġemgħa kienet inġemgħet kontra Mosè u Aron, imbagħad daret lejn it-tinda tal-laqgħa; u, ara, is-sħaba għattietha, u bdiet tidher il-glorja taʼ Ġeħova.+
8 U s-santwarju mtela bid-duħħan minħabba l-glorja t’Alla+ u minħabba l-qawwa tiegħu, u ħadd ma setaʼ jidħol fis-santwarju sakemm intemmew is-sebaʼ kastigi+ tas-sebaʼ anġli.