Eżodu
5 U mbagħad Mosè u Aron daħlu u qalu lill-Fargħun:+ “Hekk qal Ġeħova, l-Alla taʼ Israel, ‘Ibgħat lin-nies tiegħi sabiex jiċċelebrawli festa fix-xagħri.’”+ 2 Imma l-Fargħun qalilhom: “Min hu Ġeħova,+ biex jien nismaʼ minn kliemu u nibgħat lil Israel?+ Jien assolutament ma nafux lil Ġeħova+ u, iktar minn hekk, m’iniex se nibagħtu lil Israel.”+ 3 Madankollu, huma ssoktaw jgħidulu: “L-Alla taʼ l-Ebrej dehrilna.+ Jekk jogħġbok, irridu mmorru vjaġġ taʼ tlett ijiem fix-xagħri u noffru sagrifiċċji lil Ġeħova Alla tagħna;+ inkella jolqotna bil-pesta jew bis-sejf.”+ 4 U s-sultan taʼ l-Eġittu qalilhom: “Mosè u Aron, għalfejn qed iġġiegħlu lin-nies jieqfu minn xogħolhom?+ Morru ġorru t-tagħbijiet tagħkom!”+ 5 U l-Fargħun kompla: “Ara! In-nies tal-pajjiż issa huma ħafna,+ u intom tabilħaqq qed twaqqfuhom milli jġorru t-tagħbijiet.”+
6 Dakinhar il-Fargħun ikkmanda minnufih lil dawk li kienu jġiegħlu lin-nies jaħdmu u lill-uffiċjali tagħhom,+ u qalilhom: 7 “Tiġbrux tiben bħal qabel sabiex tagħtuh lin-nies biex jagħmlu l-madum.*+ Ħa jmorru huma stess jiġbru t-tiben. 8 Barra minn hekk, komplu imponu fuqhom l-ammont meħtieġ taʼ madum li kienu qed jagħmlu qabel. Tnaqqsulhom xejn, għax qed jiħduha bil-lajma.+ Huwa għalhekk li qed jgħajtu u jgħidu, ‘Irridu mmorru, irridu noffru sagrifiċċji lil Alla tagħna!’+ 9 Agħtu lin-nies xogħol iebes u araw li jagħmluh u ma jagħtux widen għal kliem falz.”+
10 Għalhekk, dawk li kienu jġiegħlu lin-nies jaħdmu+ u l-uffiċjali tagħhom ħarġu u qalu lin-nies: “Dan qal il-Fargħun, ‘M’iniex se nagħtikom tiben iktar. 11 Morru intom stess ġibu t-tiben minfejn issibuh, għaliex lanqas naqra ma se jitnaqqsilkom xogħolkom.’”+ 12 Għaldaqstant, in-nies xterdu maʼ l-art kollha taʼ l-Eġittu biex jiġbru z-zkuk li jibqaʼ fl-għelieqi* ħalli jagħmlu t-tiben. 13 U dawk li kienu jġegħluhom jaħdmu baqgħu jgħaġġluhom+ u jgħidulhom: “Lestu xogħolkom, kull wieħed xogħlu, jum wara jum, bħal meta t-tiben kien disponibbli.”+ 14 Iktar tard l-uffiċjali+ taʼ wlied Israel, imqegħdin fuqhom mill-kapijiet tal-Fargħun li kienu jimponu x-xogħol, ġew imsawtin,+ u l-kapijiet qalulhom: “Għala ma temmejtux ix-xogħol tal-madum+ li ġejtu ordnati biex tagħmlu bħal qabel, kemm il-bieraħ u kemm illum?”+
15 Għalhekk, l-uffiċjali+ taʼ wlied Israel daħlu u bdew jgħajtu quddiem il-Fargħun, u jgħidulu: “Għala tittrattahom hekk lill-qaddejja tiegħek? 16 Mhux qed jingħata tiben lill-qaddejja tiegħek, u safrattant qed jgħidulna, ‘Agħmlu l-madum!’ u, ara, il-qaddejja tiegħek qed jiġu msawtin, filwaqt li l-ħtija hi taʼ niesek stess.”+ 17 Imma hu qalilhom: “Qed tiħduha bil-lajma, qed tiħduha bil-lajma!+ Huwa għalhekk li qed tgħidu, ‘Irridu mmorru, irridu noffru sagrifiċċji lil Ġeħova.’+ 18 U issa morru, aħdmu! Għalkemm mhux se jingħatalkom tiben, xorta tridu tagħtu l-ammont stabbilit taʼ madum.”+
19 Imbagħad l-uffiċjali taʼ wlied Israel raw li kienu jinsabu f’sitwazzjoni mwiegħra għall-aħħar peress li qalulhom:+ “M’għandkom tnaqqsu lanqas maduma waħda mill-madum li kull wieħed għandu jagħmel kuljum.”+ 20 Imbagħad, malli ħarġu mingħand il-Fargħun, iltaqgħu maʼ Mosè u Aron+ li kienu weqfin hemmhekk biex jiltaqgħu magħhom. 21 Minnufih qalulhom: “Jalla Ġeħova jixħet għajnejh fuqkom u jiġġudikakom,+ ladarba għamiltuna mibgħudin+ mill-Fargħun u mill-qaddejja tiegħu, u b’hekk qegħedtulhom sejf f’idhom biex joqtluna.”+ 22 Imbagħad Mosè dar lejn Ġeħova+ u qallu: “Ġeħova, għala ġibt id-deni fuq dan il-poplu?+ Għalfejn bgħattni?+ 23 Għax minn dak il-ħin li jien dħalt quddiem il-Fargħun biex nitkellem f’ismek,+ hu għamel id-deni lil dan il-poplu+ u int bl-ebda mod ma ħlist lill-poplu tiegħek.”+