LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Ġenesi 12:8
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 8 Iktar tard telaq minn hemmhekk biex imur fir-​reġjun muntanjuż lejn il-​lvant taʼ Betel+ u waqqaf it-​tinda tiegħu bejn Betel fil-​punent u Għaj+ fil-​lvant. Imbagħad hemmhekk bena artal lil Ġeħova+ u beda jsejjaħ* isem Ġeħova.+

  • Ġenesi 27:27
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 27 Għalhekk, resaq qrib u biesu, u Iżakk setaʼ jxommlu r-​riħa taʼ ħwejġu,+ u bierku u qallu:

      “Ara! Ir-​riħa taʼ ibni hi bħar-​riħa tar-​rabaʼ li Ġeħova bierek.

  • Ġenesi 28:16
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 16 Imbagħad Ġakobb qam mir-​raqda tiegħu u qal: “Veru hawnĠeħova f’dan il-​post u ma kontx naf.”

  • 2 Samwel 7:23
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 23 U liema ġens wieħed fuq l-​art hu bħall-​poplu tiegħek Israel,+ li Alla fdieh biex ikun il-​poplu tiegħu+ u għamel isem għalih innifsu+ u għamel għalihom affarijiet kbar li jqanqlu l-​biżaʼ+—biex ikeċċi l-​ġnus u l-​allat tagħhom minħabba l-​poplu tiegħek, li int fdejt għalik+ mill-​Eġittu?

  • Salm 9:16
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 16 Ġeħova jintgħaraf mill-​ġudizzji li jwettaq.+

      Il-​ħażin inqabad f’nassa b’għemil idejh stess.+

      Ħiggajon.* Sela.

  • Isaija 52:6
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 6 Għal dik ir-​raġuni, il-​poplu tiegħi se jkun jaf ismi,+ iva, għal dik ir-​raġuni f’dak il-​jum, għax jien hu li qed nitkellem.+ Ara! Jien hu!”

  • Ġeremija 16:21
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 21 “Għalhekk, arani, se nġegħelhom ikunu jafu; din id-​darba se nġegħelhom ikunu jafu l-​qawwa taʼ idi u s-​setgħa tiegħi,+ u jkollhom ikunu jafu li ismi hu Ġeħova.”+

  • Ġeremija 32:20
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 20 int li għamilt sinjali u mirakli fl-​art taʼ l-​Eġittu, li għadhom magħrufin sa llum, u f’Israel u fost il-​bnedmin,+ sabiex tagħmel isem għalik, bħalma se jseħħ dalwaqt.+

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja