16 Mur u iġbor ix-xjuħ taʼ Israel, u għidilhom, ‘Deherli Ġeħova, l-Alla taʼ missirijietkom,+ l-Alla t’Abraham, Iżakk, u Ġakobb, u qalli: “Jien żgur li se ndawwar l-attenzjoni+ tiegħi lejkom u lejn dak li qed jagħmlulkom fl-Eġittu.
16 U Ġeħova qal lil Mosè: “Iġmagħli sebgħin raġel minn fost ix-xjuħ taʼ Israel,+ li taf li huma xjuħ tal-poplu u uffiċjali tiegħu,+ u ħudhom lejn it-tinda tal-laqgħa, u jridu joqogħdu hemmhekk miegħek.