LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Ġenesi 12:2
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 2 u nagħmel ġens kbir minnek u nbierkek u nagħmel ismek kbir; u int kun barka għal oħrajn.+

  • Ġenesi 15:5
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 5 Hu ħarġu barra u qallu: “Jekk jogħġbok, ħares ’il fuq lejn is-​smewwiet u għodd il-​kwiekeb, jekk għandek il-​ħila tgħoddhom.”+ U ssokta jgħidlu: “Hekk għad ikun nislek.”+

  • Ġenesi 46:3
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 3 U hu ssokta jgħidlu: “Jien l-​Alla l-​veru,+ l-​Alla taʼ missierek.+ Tibżax tinżel l-​Eġittu, għax hemmhekk nagħmlek ġens kbir.+

  • Eżodu 1:7
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 7 U wlied Israel nisslu u bdew jiżdiedu; u komplew joktru u jsiru iktar setgħanin b’rata tassew straordinarja, u b’hekk il-​pajjiż imtela bihom.+

  • Eżodu 38:26
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 26 In-nofs xekel għal kull individwu kien in-​nofs xekel skond ix-​xekel tal-​post qaddis, għal kull raġel li kien qed jgħaddi għal maʼ dawk li kienu reġistrati, minn għoxrin sena ’l fuq,+ b’kollox sitt mija u tlett elef, ħames mija u ħamsin.+

  • Numri 2:32
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 32 Dawn kienu l-​uħud reġistrati minn ulied Israel skond dar missirijiethom; dawk kollha reġistrati tal-​kampijiet skond l-​armati tagħhom kienu sitt mija u tlett elef, ħames mija u ħamsin.+

  • Numri 11:21
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 21 Imbagħad Mosè qal: “In-​nies li qiegħed f’nofshom jien huma sitt mitt elf raġel+ bil-​mixi, u madankollu int—int għedt, ‘Laħam nagħtihom, u żgur li se jieklu għal xahar sħiħ’!

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja