13 U hu beda jgħid lil Abram: “Kun af fiż-żgur li d-dixxendenti tiegħek għad jgħammru bħala barranin f’art li mhix tagħhom,+ u jkollhom jaqduhom, u dawn se jgħakksuhom għal erbaʼ mitt sena.+
6 Iktar minn hekk, Alla qallu wkoll li d-dixxendenti tiegħu se jkunu residenti barranin+ f’art barranija+ u n-nies kellhom jagħmluhom ilsiera u jgħakksuhom għal erbaʼ mitt sena.+
17 Iktar minn hekk, ngħid dan: Rigward il-patt li minn qabel kien magħmul validu minn Alla,+ il-Liġi li bdiet teżisti erbaʼ mija u tletin sena+ wara ma tagħmlux invalidu u ġġib il-wegħda fix-xejn.+