3 U n-nies qabadhom l-għatx hemmhekk, u n-nies komplew igergru kontra Mosè u jgħidu: “Għala tellajtna hawnhekk mill-Eġittu biex lilna u lil uliedna u lill-bhejjem tagħna toqtolna bl-għatx?”+
11Issa n-nies bdew jilmentaw dwar kull ħaġa ħażina li kienet tiġrilhom biex jismagħhom Ġeħova.+ Meta Ġeħova semaʼ dan, ir-rabja tiegħu xegħlet, u nar mingħand Ġeħova beda jaqbad kontrihom u jeqred lil xi wħud f’tarf il-kamp.+
16 Dawn l-irġiel dejjem igergru,+ jilmentaw dwar xortihom, jimxu skond ix-xewqat tagħhom stess,+ u fommhom jgħid kliem li jneffaħ,+ waqt li jammiraw individwi+ għall-benefiċċju tagħhom stess.