LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Eżodu 12:49
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 49 Liġi waħda għandu jkun hemm għal dak li twieled fil-​pajjiż u għar-​resident barrani li qed jgħammar bħala barrani f’nofskom.”+

  • Levitiku 17:10
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 10 “‘Kull raġel mid-​dar taʼ Israel jew xi resident barrani li qed jgħammar bħala barrani f’nofskom u li jiekol kwalunkwe tip taʼ demm,+ jien żgur li se ndawwar wiċċi kontra r-​ruħ+ li tkun qed tiekol id-​demm, u tabilħaqq li se naqtagħha minn fost il-​poplu tagħha.

  • Levitiku 19:34
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 34 Ir-resident barrani li jgħammar bħala barrani magħkom għandu jsir għalikom bħal wieħed imwieled fil-​pajjiż tagħkom; u trid tħobbu bħalek innifsek,+ għax intom sirtu residenti barranin fl-​art taʼ l-​Eġittu.+ Jien Ġeħova Alla tagħkom.

  • Numri 9:14
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 14 “‘U jekk resident barrani jkun qed jgħammar bħala barrani magħkom, hu wkoll irid iħejji s-​sagrifiċċju tal-​Qbiż lil Ġeħova.+ Hekk għandu jagħmel, skond l-​istatut tal-​Qbiż u skond il-​proċedura regulari tiegħu.+ Għandu jkun hemm statut wieħed għalikom, kemm għar-​resident barrani u kemm għal dak li twieled fil-​pajjiż.’”+

  • Numri 15:16
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 16 Għandu jkun hemm liġi waħda u deċiżjoni ġudizzjarja waħda għalikom u għar-​resident barrani li qed jgħammar bħala barrani magħkom.’”+

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja