LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Ġenesi 14:20
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 20 U mbierek l-​Alla l-​Iktar Għoli,+

      Li reħa f’idek lil dawk li jaħqruk!”+

      U Abram tah wieħed minn kull għaxra minn kollox.+

  • Ġenesi 28:22
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 22 U din il-​ġebla li jien waqqaft bħala kolonna se ssir dar t’Alla;+ u kulma tagħtini żgur li nagħtik wieħed minn kull għaxra minnu.”+

  • Numri 18:21
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 21 “U lil ulied Levi, ara, tajthom kull għaxar+ parti f’Israel bħala wirt talli qed iwettqu s-​servizz tagħhom, is-​servizz tat-​tinda tal-​laqgħa.

  • Numri 18:26
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 26 “U għandek tkellem lil-​Leviti, u tgħidilhom, ‘Se tirċievu mingħand ulied Israel il-​parti minn għaxra li tajtkom mingħandhom bħala wirt tagħkom,+ u tridu tagħtu minnha bħala kontribuzzjoni lil Ġeħova parti minn għaxra tal-​parti minn għaxra.+

  • Dewteronomju 12:6
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 6 U hemmhekk ħudu l-​offerti tal-​ħruq,+ is-​sagrifiċċji tagħkom, l-​għexur tagħkom,+ il-​kontribuzzjoni taʼ idkom,+ l-​offerti b’wegħda,+ l-​offerti volontarji tagħkom,+ u l-​ewwel imweldin mill-​baqar u min-​nagħaġ tagħkom.+

  • Dewteronomju 14:22
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 22 “Qis li tagħti wieħed minn kull għaxra milli tipproduċi ż-​żerriegħa tiegħek, dak li jrodd ir-​rabaʼ minn sena għal sena.+

  • 2 Kronaki 31:5
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 5 U malli ħarġet il-​kelma, ulied Israel+ żiedu l-​ewwel frott tal-​qmuħ,+ taʼ l-​inbid ġdid,+ taż-​żejt,+ taʼ l-​għasel,+ u taʼ dak kollu li jipproduċi r-​rabaʼ,+ u ġabu wieħed minn kull għaxra minn kollox bl-​abbundanza.+

  • Neħemija 13:12
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 12 U Ġuda kollu ġab il-​wieħed minn kull għaxra+ tal-​qmuħ+ u taʼ l-​inbid ġdid+ u taż-​żejt+ lejn l-​imħażen.+

  • Malakija 3:10
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 10 Ġibu l-​għexur kollha+ fil-​maħżen, biex ikun hemm l-​ikel f’dari;+ u għadduni minn prova, jekk jogħġobkom, f’dan ir-​rigward,”+ qal Ġeħova taʼ l-​armati, “u taraw jekk iniex se niftħilkom bwieb l-​għargħar tas-​smewwiet+ u nitfaʼ fuqkom xita taʼ barkiet sakemm ma jkun jonqoskom xejn iktar.”+

  • Luqa 11:42
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 42 Imma gwaj għalikom, Fariżej, għax intom tagħtu l-​għexur+ tan-​nagħniegħ u tal-​fejġel u taʼ kull ħaxixa oħra, imma ma tagħtux kas il-​ġustizzja u l-​imħabba t’Alla! Dawn l-​affarijiet kontu obbligati li tagħmlu, waqt li ma tħallux barra dawk l-​affarijiet l-​oħra.+

  • Lhud 7:5
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 5 Veru, l-​irġiel minn ulied Levi+ li jirċievu l-​kariga tagħhom taʼ qassisin għandhom kmandament biex, skond il-​Liġi, jiġbru l-​għexur+ mingħand il-​poplu,+ jiġifieri, mingħand ħuthom, anki jekk dawn ukoll kienu mnisslin minn Abraham;+

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja