Levitiku
18 U Ġeħova kompla jkellem lil Mosè u jgħidlu: 2 “Kellem lil ulied Israel, u għidilhom, ‘Jien Ġeħova Alla tagħkom.+ 3 Tagħmlux+ kif tagħmel l-art taʼ l-Eġittu, li għammartu fiha; u tagħmlux+ kif tagħmel l-art taʼ Kangħan, li qed inġibkom fiha; u timxux fuq l-istatuti tagħhom. 4 Id-deċiżjonijiet ġudizzjarji+ tiegħi għandkom twettqu, u għandkom tħarsu l-istatuti+ tiegħi sabiex timxu fuqhom.+ Jien Ġeħova Alla tagħkom. 5 U tridu tħarsu l-istatuti tiegħi u d-deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħi, li jekk bniedem iħarishom, jgħix ukoll permezz tagħhom.+ Jien Ġeħova.+
6 “‘Intom ma tridux tersqu, ebda raġel minnkom, lejn xi ħadd li jiġi minnkom mill-qrib biex tikxfulu l-għera.+ Jien Ġeħova. 7 Tikxifx l-għera taʼ missierek+ u l-għera t’ommok. Hi ommok. Tikxifx l-għera tagħha.
8 “‘Tikxifx l-għera taʼ mart missierek.+ Hi l-għera taʼ missierek.
9 “‘Inkwantu għall-għera t’oħtok, bint missierek jew bint ommok, sew jekk imwielda fl-istess dar u sew jekk le, tikxifx l-għera tagħha.+
10 “‘Inkwantu għall-għera taʼ bint ibnek jew bint bintek, tikxifx l-għera tagħhom, għaliex huma l-għera tiegħek.
11 “‘Inkwantu għall-għera taʼ bint il-mara taʼ missierek, nisel missierek, peress li hi oħtok, tikxifx l-għera tagħha.
12 “‘Tikxifx l-għera t’oħt missierek. Hi l-qariba minn demm missierek.+
13 “‘Tikxifx l-għera t’oħt ommok, għaliex hi qariba minn demm ommok.
14 “‘Tikxifx l-għera taʼ ħu missierek. Tersaqx lejn martu. Hi zitek.+
15 “‘Tikxifx l-għera taʼ mart ibnek.+ Hi mart ibnek. Tikxifx l-għera tagħha.
16 “‘Tikxifx l-għera taʼ mart ħuk.+ Hi l-għera taʼ ħuk.
17 “‘Tikxifx l-għera taʼ mara u taʼ bintha.+ Tiħux lil bint binha jew lil bint bintha sabiex tikxfilha l-għera tagħha. Dawn huma qraba minn demmha. Din hi kondotta laxka.+
18 “‘U minbarra martek tiħux bħala t-tieni mara lil oħtha wkoll bħala rival+ biex tikxef l-għera tagħha, jiġifieri, flimkien magħha meta hi tkun għadha ħajja.
19 “‘U tersaqx lejn mara biex tikxef l-għera tagħha meta ma tkunx safja+ minħabba t-tnixxija tad-demm taʼ kull xahar.+
20 “‘U m’għandux ikollok relazzjoni sesswali* maʼ mart sieħbek biex minħabba dan issir mhux nadif.+
21 “‘U tħalli lil ħadd+ minn uliedek jiġi offrut lil Molek.+ Tkasbarx+ isem Alla tiegħek b’dan il-mod. Jien Ġeħova.+
22 “‘U timteddx maʼ raġel+ l-istess bħalma timtedd maʼ mara.+ Din hi ħaġa moqżieża.
23 “‘U m’għandux ikollok relazzjoni sesswali maʼ xi bhima+ biex issir mhux nadif biha, u mara m’għandhiex tieqaf quddiem bhima biex ikollha x’taqsam magħha.+ Dan imur kontra dak li hu naturali.
24 “‘Titħammġu b’ebda waħda minn dawn l-affarijiet, għaliex b’dawn l-affarijiet kollha tħammġu+ l-ġnus li qed inkeċċi ’l barra minn quddiemkom. 25 Minħabba f’hekk l-art mhix nadifa, u se nġib il-kastig għall-iżball tagħha fuqha, u l-art se tobżoq ’il barra lill-abitanti tagħha.+ 26 U intom tridu tħarsu l-istatuti tiegħi u d-deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħi,+ u ma tridu tagħmlu ebda waħda minn dawn l-affarijiet mistkerrhin kollha, sew jekk wieħed ikun imwieled fil-pajjiż u sew jekk ikun resident barrani li qed jgħammar bħala barrani f’nofskom.+ 27 Għax dawn l-affarijiet mistkerrhin kollha għamlu+ n-nies taʼ din l-art li kienu qabilkom, u b’hekk l-art mhix nadifa. 28 Imbagħad l-art ma tobżoqkomx ’il barra talli niġġistuha bħalma żgur li se tobżoq ’il barra lill-ġnus li kienu qabilkom.+ 29 Jekk xi ħadd jagħmel xi waħda minn dawn l-affarijiet mistkerrhin kollha, l-erwieħ li jagħmluhom iridu jiġu maqtugħin minn fost il-poplu tagħhom.+ 30 U intom tridu tħarsu l-obbligu tagħkom lejja biex ma tipprattikawx id-drawwiet mistkerrhin li ġew prattikati qabilkom,+ sabiex ma titħammġux bihom. Jien Ġeħova Alla tagħkom.’”