21 U Ġeħova beda jxomm riħa pjaċevoli,*+ u għalhekk Ġeħova qal f’qalbu:+ “Qatt iktar ma nerġaʼ nisħet l-art+ minħabba l-bniedem, għax l-inklinazzjoni+ taʼ qalb il-bniedem hi ħażina sa minn żgħożitu;+ u qatt iktar ma nerġaʼ nolqot lil kull ħaġa ħajja bħalma għamilt.+
3 u tkunu tridu toffru offerta magħmula bin-nar lil Ġeħova,+ offerta tal-ħruq+ jew sagrifiċċju biex twettqu xi wegħda speċjali jew minn rajkom+ jew matul il-festi taʼ l-istaġuni tagħkom,+ sabiex tagħmlu riħa pjaċevoli* lil Ġeħova,+ mill-baqar jew min-nagħaġ;
18 Madankollu, għandi minn kollox u bl-abbundanza. Għandi bix-xabaʼ, issa li rċivejt mingħand Epafroditu+ l-affarijiet li bgħattuli, riħa tfuħ,+ sagrifiċċju aċċettabbli,+ li jogħġob lil Alla.