28 U jsiru t’Aron u taʼ wliedu b’regolament għal żmien indefinit li għandu jitwettaq minn ulied Israel, għaliex hu sehem sagru;+ u jsir sehem sagru li għandu jingħata minn ulied Israel. Hu s-sehem sagru tagħhom għal Ġeħova mis-sagrifiċċji taʼ sħubija tagħhom.+
14 U tieklu s-sidra taʼ l-offerta tat-tixjir+ u s-sieq tas-sehem sagru+ f’post nadif, int u wliedek subien u bniet miegħek,+ għaliex ngħatawlek bħala sehmek u sehem uliedek mis-sagrifiċċji taʼ sħubija taʼ wlied Israel.