LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Eżodu 34:15
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 15 li ma tmurx tagħmel xi patt maʼ l-​abitanti taʼ l-​art, għax dawn żgur li se jkollhom relazzjoni immorali maʼ l-​allat tagħhom+ u joffru sagrifiċċji lill-​allat tagħhom,+ u ibqaʼ ċert li xi ħadd se jistiednek, u int tiekol xi ftit mis-​sagrifiċċju tiegħu.+

  • Levitiku 20:5
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 5 imbagħad jien, min-​naħa tiegħi, żgur li se ndawwar wiċċi kontra dan ir-​raġel u l-​familja tiegħu,+ u tabilħaqq li se naqtaʼ minn fost il-​poplu lilu u lil kulmin ikollu relazzjoni immorali+ flimkien miegħu billi jkollu relazzjoni immorali maʼ Molek.

  • Dewteronomju 31:16
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 16 Ġeħova issa qal lil Mosè: “Ara! Int se timtedd maʼ missirijietek;+ u dawn in-​nies se jqumu+ u jkollhom relazzjoni immorali m’allat barranin taʼ l-​art li sejrin fiha,+ eżatt f’nofshom, u jabbandunawni+ u jiksru l-​patt tiegħi li għamilt magħhom.+

  • Ġeremija 3:1
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 3 Hemm qawl li jgħid: “Jekk raġel ikeċċi lil martu u din titlaq u ssir taʼ raġel ieħor, għandu hu jerġaʼ lura għandha?”+

      Din l-​art mhux għalkollox tniġġset?+

      “U int ipprostitwejt ruħek maʼ ħafna ħbieb;+ u issa terġaʼ lura għandi?”+ hija l-​kelma taʼ Ġeħova.

  • Eżekjel 23:8
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 8 U l-​prostituzzjoni li ġabet mill-​Eġittu ma telqithiex, għax huma mteddew magħha f’żgħożitha, u kienu huma li rassewlha ħobbha meta kienet verġni, u kellhom relazzjoni immorali magħha b’passjoni kbira.+

  • Ġakbu 4:4
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 4 Adulteri,+ ma tafux li l-​ħbiberija mad-​dinja hi għadwa m’Alla?+ Għalhekk, kulmin irid ikun ħabib+ tad-​dinja qed jagħmel lilu nnifsu għadu t’Alla.+

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja