11 Għax f’sitt ijiem Ġeħova għamel is-smewwiet u l-art, il-baħar u kulma fihom,+ u beda jistrieħ fis-sebaʼ jum.+ Huwa għalhekk li Ġeħova bierek jum is-Sabat u qaddsu.+
13 “Int trid tkellem lil ulied Israel u tgħidilhom, ‘Fuq kollox għandkom tħarsu s-Sabatijiet tiegħi,+ għax dan hu sinjal bejni u bejnkom matul il-ġenerazzjonijiet tagħkom sabiex tkunu tafu li jien Ġeħova qed inqaddiskom.+