7 Għall-kobor tal-ħakma tiegħu+ bħala prinċep u għall-paċi ma jkun hemm ebda tmiem,+ fuq it-tron taʼ David+ u fuq saltnatu sabiex jistabbiliha fis-sod+ u jsaħħaħha permezz tal-ġustizzja+ u s-sewwa,+ minn issa ’l quddiem u għal dejjem.* L-istess żelu taʼ Ġeħova taʼ l-armati se jagħmel dan.+
13 Int għedt f’qalbek, ‘Se nitlaʼ sas-smewwiet.+ ’Il fuq mill-kwiekeb+ t’Alla se ngħollih it-tron tiegħi,+ u se npoġġi bil-qiegħda fuq il-muntanja tal-laqgħa,+ fl-iktar partijiet imbegħdin tat-tramuntana.+
5 “Ara! Ġej żmien,” hija l-kelma taʼ Ġeħova, “meta lil David inqajjimlu rimja ġusta.+ U jkun hemm sultan li jsaltan+ u jaġixxi bil-għaqal u jagħmel il-ġustizzja u s-sewwa fil-pajjiż.+
19 Għaldaqstant għandna l-kelma profetika+ magħmula iktar ċerta;+ u qed tagħmlu sew li tagħtu kasha bħallikieku kienet fanal+ jiddi f’post mudlam, sakemm iżernaq il-jum u titlaʼ l-kewkba taʼ fil-għodu,+ fi qlubkom.
16 “‘Jien, Ġesù, bgħatt lill-anġlu tiegħi biex jixhdilkom dwar dawn l-affarijiet għall-kongregazzjonijiet. Jien l-għerq+ u n-nisel+ taʼ David, u l-kewkba tiddi taʼ fil-għodu.’”+