19 U l-individwu nadif irid iroxxu fuq dak li ma jkunx nadif fit-tielet u fis-sebaʼ jum u jrid jippurifikah mid-dnub fis-sebaʼ jum;+ u dak li ma jkunx nadif irid jaħsel ħwejġu u jinħasel fl-ilma, u jkun nadif fil-għaxija.
20 “‘Imma r-raġel li ma jkunx nadif u li ma jippurifikax lilu nnifsu, iva, din ir-ruħ trid tiġi maqtugħa+ minn nofs il-kongregazzjoni, għaliex niġġes is-santwarju taʼ Ġeħova. L-ilma għat-tindif ma traxxaxx fuqu. Ma jkunx nadif.