8 U Ġeħova kompla jgħid lil Aron: “U jien, ara, tajtek biex tieħu ħsieb il-kontribuzzjonijiet li jagħtuni.+ L-affarijiet imqaddsin kollha taʼ wlied Israel, jien tajthom lilek u lil uliedek bħala sehmek, bħala sehmek għal żmien indefinit.+
19 Il-kontribuzzjonijiet+ imqaddsin kollha, li wlied Israel jagħtu lil Ġeħova, tajthom lilek u lil uliedek subien u bniet miegħek, bħala sehem għal żmien indefinit.+ Dan hu patt tal-melħ għal żmien indefinit quddiem Ġeħova għalik u għal nislek miegħek.”+
5 Veru, l-irġiel minn ulied Levi+ li jirċievu l-kariga tagħhom taʼ qassisin għandhom kmandament biex, skond il-Liġi, jiġbru l-għexur+ mingħand il-poplu,+ jiġifieri, mingħand ħuthom, anki jekk dawn ukoll kienu mnisslin minn Abraham;+