3 “U dawk li jikkampjaw lejn il-lvant, lejn tlugħ ix-xemx, ikunu t-taqsima taʼ tliet tribujiet tal-kamp taʼ Ġuda skond l-armati tagħhom, u l-kap ewlieni għal ulied Ġuda jkun Naħson,+ bin Għamminadab.
10 “It-taqsima taʼ tliet tribujiet tal-kamp taʼ Ruben+ tkun lejn in-nofsinhar skond l-armati tagħhom, u l-kap ewlieni għal ulied Ruben ikun Elisur,+ bin Sedewr.
18 “It-taqsima taʼ tliet tribujiet tal-kamp t’Efrajm+ skond l-armati tagħhom tkun lejn il-punent, u l-kap ewlieni għal ulied Efrajm ikun Elisama,+ bin Għammiħud.
25 “It-taqsima taʼ tliet tribujiet tal-kamp taʼ Dan tkun lejn it-tramuntana skond l-armati tagħhom, u l-kap ewlieni għal ulied Dan ikun Aħigħeżer,+ bin Għammisaddaj.
34 U wlied Israel għamlu skond kulma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè.+ Hekk ikkampjaw fit-taqsimiet tagħhom taʼ tliet tribujiet,+ u hekk imxew,+ kull wieħed skond il-familja tiegħu u skond dar missirijietu.