3U Mosè sar ragħaj tal-merħla taʼ Ġetro,*+ il-qassis taʼ Midjan, li kien il-kunjatu tiegħu.+ Waqt li kien qed jieħu l-merħla lejn in-naħa tal-punent tax-xagħri, sa fl-aħħar wasal ħdejn il-muntanja taʼ l-Alla l-veru,+ fil-Ħoreb.+
3 U Mosè telaʼ fuq il-muntanja biex jidher quddiem l-Alla l-veru, u Ġeħova sejjaħlu mill-muntanja,+ u qallu: “Dan għandek tgħid lil dar Ġakobb, lil ulied Israel,
16 U l-glorja taʼ Ġeħova+ baqgħet fuq il-Muntanja Sinaj,+ u s-sħaba baqgħet tgħattiha għal sitt ijiem. Sa fl-aħħar, fis-sebaʼ jum hu sejjaħ lil Mosè minn nofs is-sħaba.+
8 Għalhekk, qam u kiel u xorob, u bis-saħħa taʼ dak in-nutriment baqaʼ sejjer erbgħin jum+ u erbgħin lejl sal-muntanja taʼ l-Alla l-veru, il-Ħoreb.+
4 “Ftakru fil-liġi taʼ Mosè, il-qaddej tiegħi, iva, ir-regolamenti u d-deċiżjonijiet ġudizzjarji, li jien ikkmandajtu għal Israel kollu fil-Ħoreb.+