9 Minħabba f’hekk, Mosè qal lil Ġożwè:*+ “Agħżlilna rġiel u oħroġ+ iġġieled kontra l-Għamalekin. Għada jien se noqgħod fuq il-quċċata taʼ l-għolja, bil-ħatar taʼ l-Alla l-veru f’idi.”+
11 U Ġeħova kien ikellem lil Mosè wiċċ imbwiċċ,+ sewwasew bħalma bniedem ikellem lil sieħbu. Meta kien jerġaʼ lura lejn il-kamp, il-qaddej tiegħu+ Ġożwè, bin Nun,+ bħala assistent, ma kienx iwarrab mit-tinda.
3 Ġeħova Alla tiegħek qed jaqsam quddiemek.+ Hu stess se jġib fix-xejn lil dawn il-ġnus minn quddiemek, u int trid tkeċċihom.+ Hu Ġożwè li se jaqsam quddiemek,+ sewwasew bħalma qal Ġeħova.