6 Imbagħad Mosè bagħathom fl-armata, elf minn kull tribù, lilhom u lil Fineħas,+ bin Elegħażar il-qassis, li kien inkarigat mill-għodod imqaddsin u t-trumbetti+ biex jindaqqu s-sejħiet.
28 Issa Fineħas+ bin Elgħażar, bin Aron, kien wieqaf quddiemha f’dawk il-jiem,+ jgħid: “Nerġaʼ noħroġ nitqabad kontra wlied ħija Benjamin jew nieqaf nagħmel dan?”+ Għal dan, Ġeħova qal: “Itlaʼ, għax għada se nagħtih f’idek.”+
12 U, ara, magħna hemm, fuq quddiem, l-Alla l-veru+ bil-qassisin tiegħu+ u bit-trumbetti tas-sinjal+ biex isemmgħu l-allarm tal-battalja kontrikom. O wlied Israel, tiġġildux kontra Ġeħova, l-Alla taʼ missirijietkom,+ għax ma tirnexxux.”+