17 u r-rabja taʼ Ġeħova tixgħel kontrikom, u jagħlaq is-smewwiet sabiex ma jkun hemm ebda xita+ u l-art ma tagħtix il-prodott tagħha u jkollkom tgħibu bil-ħeffa minn fuq l-art tajba li Ġeħova qed jagħtikom.+
35 “Meta s-sema jingħalaq u ma tagħmilx xita,+ għax ikunu baqgħu jidinbu+ kontrik, u huma jitolbu lejn dan il-post+ u jfaħħru lil ismek u jduru lura minn dnubhom, għax tkun għakkisthom,+
17U Elija+ t-Tisbi, wieħed mill-abitanti taʼ Gilegħad,+ qal lil Aħab: “Daqskemm hu ħaj+ Ġeħova l-Alla taʼ Israel li ninsab wieqaf quddiemu,*+ matul dawn is-snin la jkun hawn nida u lanqas xita,+ ħlief bl-ordni taʼ kelmti!”+
7 “‘U wkoll, jien żammejt lura minnkom ix-xita bil-qliel meta kien għad baqaʼ tliet xhur għall-ħsad;+ u bgħatt ix-xita fuq belt waħda, imma fuq belt oħra ma bgħatthiex. Kien hemm medda art fejn għamlet ix-xita, imma l-medda art fejn ma bgħattx xita nixfet.+