14 U ħa fl-eżilju+ lil Ġerusalemm kollha u lill-prinċpijiet kollha+ u lill-irġiel setgħanin u qalbenin kollha+—għaxart elef ħa fl-eżilju—kif ukoll lil kull bniedem tas-sengħa+ u lil kull bennej tas-swar. Ħadd ma tħalla ħlief il-klassi baxxa+ tan-nies tal-pajjiż.
15 U lil xi wħud mill-foqra tal-poplu u lill-bqija tan-nies li kien għad fadal fil-belt+ u lil dawk li kienu marru jagħtu ruħhom f’idejn is-sultan taʼ Babilonja u lill-bqija tal-ħaddiema tas-sengħa, Nebużaradan, il-kap tal-gwardji, ħadhom fl-eżilju.+