LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Dewteronomju 4:6
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 6 U tridu tħarsuhom u tagħmluhom, għaliex b’dan turu li għandkom l-​għerf+ u l-​abbiltà li tifhmu+ quddiem għajnejn il-​popli li se jisimgħu dawn ir-​regolamenti kollha, u żgur li se jgħidu, ‘Dan il-​ġens kbir hu bla dubju poplu li għandu l-​għerf u l-​abbiltà li jifhem.’+

  • Dewteronomju 8:18
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 18 U ftakar f’Ġeħova Alla tiegħek, għaliex hu li jagħtik il-​qawwa biex tikseb il-​ġid;+ sabiex jitwettaq il-​patt tiegħu li ħalef lil missirijietek, bħalma baqaʼ jagħmel sa llum.+

  • Ġożwè 1:7
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 7 “Biss kun kuraġġuż u agħmel il-​ħila ħalli tieħu ħsieb tagħmel skond il-​liġi kollha li kkmandak+ Mosè l-​qaddej tiegħi. Iddurx minnha lejn il-​lemin jew lejn ix-​xellug,+ sabiex tkun tistaʼ taġixxi bl-​għerf kulfejn tmur.+

  • 1 Slaten 2:3
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 3 U żomm l-​obbligu lejn Ġeħova Alla tiegħek billi timxi fi triqatu,+ billi tħares l-​istatuti, il-​kmandamenti, id-​deċiżjonijiet ġudizzjarji+ u t-​testimonjanzi* tiegħu, skond dak li hu miktub fil-​liġi taʼ Mosè,+ sabiex taġixxi bil-​prudenza f’kulma tagħmel u kulfejn iddur;

  • Salm 103:17
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 17 Imma l-​qalb tajba bl-​imħabba taʼ Ġeħova hi minn dejjem għal dejjem+

      Maʼ dawk li jibżgħu minnu,+

      U s-​sewwa tiegħu maʼ wlied l-​ulied,+

  • Salm 103:18
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 18  Maʼ dawk li jħarsu l-​patt tiegħu+

      U maʼ dawk li jiftakru l-​ordnijiet tiegħu sabiex iwettquhom.+

  • Luqa 11:28
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
    • 28 Imma hu qal: “Le, pjuttost, Henjin dawk li jisimgħu l-​kelma t’Alla u jħarsuha!”+

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja