3 Kulmin hemm fostkom mill-poplu kollu tiegħu, jalla Alla tiegħu jkun miegħu.+ Għalhekk, ħa jitlaʼ Ġerusalemm, li qiegħda f’Ġuda, u jibni mill-ġdid id-dar taʼ Ġeħova li kienet f’Ġerusalemm,+ id-dar taʼ l-Alla taʼ Israel—dan hu l-Alla l-veru.+
47 Is-sultan wieġeb lil Danjel u qallu: “Tassew li l-Alla tagħkom hu Alla taʼ l-allat,+ Sid is-slaten,+ u Dak li jirrivela s-sigrieti, għaliex int kellek il-ħila tirrivela dan is-sigriet.”+