Levitiku
23 U Ġeħova ssokta jkellem lil Mosè u jgħidlu: 2 “Kellem lil ulied Israel, u għidilhom, ‘Il-festi taʼ l-istaġuni+ taʼ Ġeħova li għandkom tipproklamaw+ huma konvenzjonijiet imqaddsin. Dawn huma l-festi taʼ l-istaġuni tiegħi:
3 “‘Sitt ijiem jistaʼ jsir ix-xogħol, imma s-sebaʼ jum huwa Sabat taʼ mistrieħ komplet,+ konvenzjoni mqaddsa. Ma tistgħu tagħmlu ebda tip taʼ xogħol. Huwa Sabat lil Ġeħova fil-postijiet kollha fejn tgħammru.+
4 “‘Dawn huma l-festi taʼ l-istaġuni+ taʼ Ġeħova, konvenzjonijiet imqaddsin,+ li għandkom tipproklamaw fiż-żminijiet stabbiliti+ tagħhom: 5 Fl-ewwel xahar, fl-erbatax tax-xahar,+ bejn inżul ix-xemx u d-dlam isir il-Qbiż+ lil Ġeħova.
6 “‘U fil-ħmistax taʼ dan ix-xahar issir il-festa tal-ħobż bla ħmira lil Ġeħova.+ Sebat ijiem għandkom tieklu l-ħobż bla ħmira.+ 7 Fl-ewwel jum ikollkom konvenzjoni mqaddsa.+ Ma tistgħu tagħmlu ebda tip taʼ xogħol taʼ strapazz. 8 Imma tippreżentaw offerta magħmula bin-nar lil Ġeħova għal sebat ijiem. Fis-sebaʼ jum ikun hemm konvenzjoni mqaddsa. Ma tistgħu tagħmlu ebda tip taʼ xogħol taʼ strapazz.’”
9 U Ġeħova kompla jkellem lil Mosè u jgħidlu: 10 “Kellem lil ulied Israel, u għidilhom, ‘Meta tidħlu fl-art li qed nagħtikom, u tkunu ħsadtu l-ħsad tagħha, ġibu qatta mill-ewwel frott+ tal-ħsad tagħkom lill-qassis. 11 U hu jrid ixejjer il-qatta ’l hemm u ’l hawn+ quddiem Ġeħova biex jikseb l-approvazzjoni għalikom. Eżatt l-għada tas-Sabat il-qassis għandu jxejjirha ’l hemm u ’l hawn. 12 U dakinhar li xxejru l-qatta ’l hemm u ’l hawn offru muntun żgħir bla difett, fl-ewwel sena tiegħu, bħala offerta tal-ħruq lil Ġeħova; 13 u bħala l-offerta tal-qmuħ tnejn minn għaxra t’efa dqiq fin miblul fiż-żejt, bħala offerta magħmula bin-nar lil Ġeħova, riħa pjaċevoli; u bħala l-offerta tax-xorb kwart taʼ ħinn inbid. 14 U tiklux ħobż, lanqas qmuħ inkaljati u lanqas qmuħ ġodda sa dan l-istess jum,+ sakemm iġġibu l-offerta t’Alla tagħkom. Dan hu statut għal żmien indefinit għall-ġenerazzjonijiet fil-postijiet kollha fejn tgħammru.
15 “‘U mill-għada tas-Sabat, mill-jum meta tkunu ġibtu l-qatta taʼ l-offerta tat-tixjir, għoddu għalikom sebaʼ Sabatijiet.+ Għandhom ikunu sħaħ. 16 Sa l-għada tas-sebaʼ Sabat għandkom tgħoddu, ħamsin jum,+ u tridu tippreżentaw offerta ġdida tal-qmuħ+ lil Ġeħova. 17 Mill-postijiet fejn tgħammru għandkom iġġibu żewġ ħobżiet+ bħala offerta tat-tixjir. Għandhom ikunu taʼ tnejn minn kull għaxra t’efa dqiq fin. Iridu jinħmew bil-ħmira,+ bħala l-ewwel frott misjur lil Ġeħova.+ 18 U mal-ħobż ippreżentaw sebat iħrief irġiel bla difett,+ kull wieħed taʼ sena, u barri żgħir wieħed u żewġ imtaten. Għandhom iservu bħala offerta tal-ħruq lil Ġeħova flimkien maʼ l-offerta tal-qmuħ u maʼ l-offerti tax-xorb bħala offerta magħmula bin-nar, b’riħa pjaċevoli lil Ġeħova. 19 U offru gidi wieħed+ bħala offerta għad-dnub u żewġt iħrief irġiel, kull wieħed taʼ sena, bħala sagrifiċċju taʼ sħubija.+ 20 U l-qassis irid ixejjirhom ’l hemm u ’l hawn+ flimkien mal-ħobż taʼ l-ewwel frott misjur, bħala offerta tat-tixjir quddiem Ġeħova, flimkien maż-żewġt iħrief irġiel. Għall-qassis+ għandhom iservu bħala xi ħaġa qaddisa għal Ġeħova. 21 U oħorġu proklama+ f’dan l-istess jum; se jkun hemm konvenzjoni mqaddsa għalikom. Ma tistgħu tagħmlu ebda tip taʼ xogħol taʼ strapazz. Dan hu statut għal żmien indefinit fil-postijiet kollha fejn tgħammru għall-ġenerazzjonijiet tagħkom.
22 “‘U fi żmien il-ħsad t’artkom, taħsadx għalkollox sa tarf l-għalqa tiegħek meta tkun qed taħsad, u t-tilqit tal-ħsad tiegħek tiġbrux.+ Għandek tħallihom għall-magħkus+ u għar-resident barrani.+ Jien Ġeħova Alla tagħkom.’”
23 U Ġeħova ssokta jkellem lil Mosè u jgħidlu: 24 “Kellem lil ulied Israel, u għidilhom, ‘Fis-sebaʼ xahar,+ fl-ewwel tax-xahar, għandu jkun hemm mistrieħ komplet għalikom, tifkira mħabbra bid-daqq tat-trumbetta,+ konvenzjoni mqaddsa.+ 25 Ma tistgħu tagħmlu ebda tip taʼ xogħol taʼ strapazz, u tridu tippreżentaw offerta magħmula bin-nar lil Ġeħova.’”
26 U Ġeħova kompla jkellem lil Mosè u jgħidlu: 27 “Madankollu, fl-għaxra taʼ dan is-sebaʼ xahar hu jum it-tpattija.+ Għandha ssir konvenzjoni mqaddsa għalikom, u tridu tgħakksu ruħkom*+ u tippreżentaw offerta+ magħmula bin-nar lil Ġeħova. 28 U tagħmlu ebda tip taʼ xogħol f’dan l-istess jum, għaliex hu jum it-tpattija biex issir tpattija+ għalikom quddiem Ġeħova Alla tagħkom; 29 għaliex kull ruħ li ma tkunx tgħakkset f’dan l-istess jum trid tiġi maqtugħa minn mal-poplu tagħha.+ 30 U kull ruħ li tagħmel kwalunkwe tip taʼ xogħol f’dan l-istess jum, jien neqred lil din ir-ruħ minn fost il-poplu tagħha.+ 31 Tagħmlu ebda tip taʼ xogħol.+ Dan hu statut għal żmien indefinit għall-ġenerazzjonijiet tagħkom fil-postijiet kollha fejn tgħammru. 32 Dan hu Sabat taʼ mistrieħ komplet għalikom,+ u tridu tgħakksu+ ruħkom fid-disgħa tax-xahar fil-għaxija. Minn fil-għaxija sa fil-għaxija għandkom tosservaw is-Sabat.”
33 U Ġeħova kompla jkellem lil Mosè u jgħidlu: 34 “Kellem lil ulied Israel, u għidilhom, ‘Fil-ħmistax taʼ dan is-sebaʼ xahar issir il-festa taʼ l-għerejjex għal sebat ijiem lil Ġeħova.+ 35 Fl-ewwel jum issir konvenzjoni mqaddsa. Ma tistgħu tagħmlu ebda tip taʼ xogħol taʼ strapazz. 36 Għal sebat ijiem għandkom tippreżentaw offerta magħmula bin-nar lil Ġeħova. Fit-tmien jum għandu jkun hemm konvenzjoni mqaddsa għalikom,+ u tridu tippreżentaw offerta magħmula bin-nar lil Ġeħova. Din hi assemblea solenni.* Ma tistgħu tagħmlu ebda tip taʼ xogħol taʼ strapazz.
37 “‘Dawn huma l-festi taʼ l-istaġuni+ taʼ Ġeħova li għandkom tipproklamaw bħala konvenzjonijiet imqaddsin,+ biex tippreżentaw offerta magħmula bin-nar+ lil Ġeħova: l-offerta tal-ħruq+ u l-offerta tal-qmuħ+ tas-sagrifiċċju u l-offerti tax-xorb+ skond l-iskeda taʼ kuljum, 38 minbarra s-Sabatijiet taʼ Ġeħova+ u minbarra l-għotjiet+ tagħkom u minbarra l-offerti b’wegħda+ kollha tagħkom u minbarra l-offerti volontarji+ kollha tagħkom, li għandkom tagħtu lil Ġeħova. 39 Madankollu, fil-ħmistax tas-sebaʼ xahar, meta tkunu ġbartu l-prodott taʼ l-art, għandkom tiċċelebraw il-festa+ taʼ Ġeħova għal sebat ijiem.+ L-ewwel jum ikun mistrieħ komplet u t-tmien jum ikun mistrieħ komplet.+ 40 U fl-ewwel jum ħudu għalikom infuskom il-frott taʼ siġar mill-aqwa, il-friegħi tas-siġar tal-palm+ u l-friegħi tas-siġar bil-weraq u s-siġar tal-luq tal-wied, u ifirħu+ quddiem Ġeħova Alla tagħkom għal sebat ijiem. 41 Iċċelebrawha bħala festa lil Ġeħova sebat ijiem fis-sena.+ Bħala statut għal żmien indefinit matul il-ġenerazzjonijiet tagħkom għandkom tiċċelebrawha fis-sebaʼ xahar. 42 Għandkom tgħammru fl-għerejjex għal sebat ijiem.+ Kulmin twieled f’Israel għandu jgħammar fl-għerejjex,+ 43 sabiex il-ġenerazzjonijiet tagħkom ikunu jafu+ li fl-għerejjex ġegħelthom jgħammru lil ulied Israel meta ħriġthom mill-art taʼ l-Eġittu.+ Jien Ġeħova Alla tagħkom.’”
44 Għaldaqstant, Mosè kellem lil ulied Israel dwar il-festi taʼ l-istaġuni+ taʼ Ġeħova.