7 “Biss kun kuraġġuż u agħmel il-ħila ħalli tieħu ħsieb tagħmel skond il-liġi kollha li kkmandak+ Mosè l-qaddej tiegħi. Iddurx minnha lejn il-lemin jew lejn ix-xellug,+ sabiex tkun tistaʼ taġixxi bl-għerf kulfejn tmur.+
18 “Jien nixhed lil kulmin jismaʼ l-kliem tal-profezija taʼ dan ir-romblu: Jekk xi ħadd iżid+ maʼ dawn l-affarijiet, Alla jżidlu l-kastigi+ li huma miktubin f’dan ir-romblu;