12 Ġeħova issa qal lil Mosè: “Itlaʼ ħdejja fuq il-muntanja u oqgħod hemmhekk, għax irrid nagħtik it-twavel tal-ġebel u l-liġi u l-kmandament li rrid nikteb sabiex ngħallimhom.”+
18 Issa malli kien spiċċa jitkellem miegħu fuq il-Muntanja Sinaj, hu ta lil Mosè żewġ twavel tat-Testimonjanza,+ twavel tal-ġebel miktubin bis-sabaʼ t’Alla.+
19 U ġara li, malli qorob lejn il-kamp u setaʼ jara l-għoġol+ u ż-żfin, Mosè xegħel bir-rabja, u minnufih xeħet it-twavel li kellu f’idejh u farrakhom f’riġlejn il-muntanja.+
34Imbagħad Ġeħova qal lil Mosè: “Onqox għalik żewġ twavel tal-ġebel bħal dawk taʼ l-ewwel,+ u jien nikteb fuq it-twavel il-kliem li deher fuq l-ewwel twavel,+ li farrakt int.+