4 “Tagħmilx għalik xi xbieha skolpita jew forma bħal xi ħaġa li hemm fis-smewwiet ’il fuq, jew li hemm fuq l-art taħt, jew li hemm fl-ilmijiet taħt l-art.+
26“‘Tagħmlux allat bla siwi għalikom,+ u twaqqfux xi xbieha skolpita+ jew xi pilastru sagru għalikom, u tpoġġux xi ġebla bħala figura skolpita+ f’artkom sabiex tmilu quddiemha;+ għax jien Ġeħova Alla tagħkom.
23 Oqogħdu attenti għalikom infuskom biex ma tinsewx il-patt taʼ Ġeħova Alla tagħkom li għamel magħkom+ u biex ma tagħmlux għalikom infuskom xbieha skolpita, il-forma taʼ kwalunkwe ħaġa li Ġeħova Alla tiegħek ikkmandak biex ma tagħmilx.+
15 “‘Misħut ir-raġel li jagħmel xbieha skolpita+ jew statwa minn metall imdewweb,+ xi ħaġa mistkerrha għal Ġeħova,+ magħmula minn idejn min jaħdem l-injam u l-metall,+ u jqegħedha f’moħba.’ (U l-poplu kollu jwieġeb u jgħid, ‘Amen!’)+