11 L-Israelin kollha kisru l-liġi tiegħek, u tbiegħdu minnek billi ma semgħux minn leħnek,+ u b’hekk int sawwabt fuqna s-saħta msaħħa bil-ħalfa+ li hi miktuba fil-liġi taʼ Mosè, il-qaddej taʼ l-Alla l-veru, għax dnibna kontra Tiegħu.
12 U wettaq kliemu li kien lissen kontrina+ u kontra l-imħallfin tagħna li ġġudikawna,+ billi ġab fuqna gwaj kbir, li bħalu qatt ma sar taħt is-smewwiet kollha bħal dak li sar f’Ġerusalemm.+