12 Ġeħova se jiftaħlek il-maħżen tajjeb tiegħu, is-smewwiet, biex jagħti x-xita fuq artek fl-istaġun tagħha+ u biex ibierek kull għemil taʼ idek;+ u int issellef lil ħafna ġnus, waqt li int stess ma tissellifx.+
23 U se jagħti x-xita għaż-żerriegħa li tiżraʼ l-art biha,+ u bħala l-prodott taʼ l-art il-ħobż, li jrid ikun bnin u rikk.*+ Dakinhar il-bhejjem tiegħek se jirgħu f’mergħa spazjuża.+
22 Fost l-idoli fiergħa tal-ġnus,+ hemm xi wieħed li jistaʼ jniżżel ix-xita, jew jistgħu s-smewwiet minn rajhom jitfgħu l-ħalbiet tax-xita?+ Mhux int, O Ġeħova Alla tagħna?+ U aħna fik nittamaw, għax int għamilt dawn l-affarijiet kollha.+