40 U ħares ir-regolamenti tiegħu+ u l-kmandamenti tiegħu li qed nikkmandak illum, biex dejjem jaħbatlek tajjeb sew lilek+ u sew lil uliedek warajk, u sabiex ittawwal jiemek fuq l-art li qed jagħtik Ġeħova Alla tiegħek.”+
6“Issa dawn huma l-kmandamenti, ir-regolamenti, u d-deċiżjonijiet ġudizzjarji li Ġeħova Alla tagħkom ikkmandani biex ngħallimkom,+ sabiex tagħmluhom fl-art li se taqsmu għaliha biex tiħduha f’idejkom;