13 U hu beda jgħid lil Abram: “Kun af fiż-żgur li d-dixxendenti tiegħek għad jgħammru bħala barranin f’art li mhix tagħhom,+ u jkollhom jaqduhom, u dawn se jgħakksuhom għal erbaʼ mitt sena.+
7 U Ġeħova żied: “Bla dubju jien rajt is-sofferenza tan-nies tiegħi li qegħdin l-Eġittu, u smajt l-għajta tagħhom minħabba dawk li jġegħluhom jaħdmu iebes; għaliex naf tajjeb kemm qed isofru.+
15 U ftakar li int kont ilsir fl-art taʼ l-Eġittu+ u Ġeħova Alla tiegħek ħarġek minn hemmhekk b’id b’saħħitha u bi driegħ maħruġ ’il barra.+ Huwa għalhekk li Ġeħova Alla tiegħek ikkmandak tħares jum is-Sabat.+