40 U fl-ewwel jum ħudu għalikom infuskom il-frott taʼ siġar mill-aqwa, il-friegħi tas-siġar tal-palm+ u l-friegħi tas-siġar bil-weraq u s-siġar tal-luq tal-wied, u ifirħu+ quddiem Ġeħova Alla tagħkom għal sebat ijiem.
12 U tithennew quddiem Ġeħova Alla tagħkom,+ intom u wliedkom subien u bniet u l-ilsiera tagħkom irġiel u nisa u l-Levita li qiegħed ’il ġewwa minn bwiebkom, għax m’għandu ebda sehem jew wirt magħkom.+
10 U qalilhom: “Morru, kulu ikel rikk u ixorbu affarijiet ħelwin, u ibagħtu porzjonijiet+ lil dak li m’għandu xejn imħejji; għax dan il-jum hu qaddis għall-Mulej tagħna, u tħossukomx imweġġgħin, għax il-ferħ taʼ Ġeħova hu l-fortizza tagħkom.”
17 B’hekk, il-kongregazzjoni kollha taʼ dawk li kienu ġew lura mill-jasar għamlet għerejjex u bdiet tgħammar fl-għerejjex; għax ulied Israel ma kinux għamlu l-festa b’dan il-mod minn żmien Ġożwè bin Nun+ sa dakinhar, u għalhekk kien hemm ferħ kbir ħafna.+
18 Ara! L-isbaħ ħaġa li rajt hi li wieħed għandu jiekol u jixrob u jgawdi affarijiet tajbin għax-xogħol iebes kollu tiegħu+ li fih jitħabat taħt ix-xemx il-jiem kollha taʼ ħajtu li tah l-Alla l-veru, għax dak hu sehmu.