27 U minn Keħat kien hemm il-familja taʼ l-Għamramin u l-familja taʼ l-Isħarin u l-familja tal-Ħebronin u l-familja taʼ l-Użżijelin. Dawn kienu l-familji tal-Keħatin.+
28 Fost l-għadd taʼ dawk kollha tas-sess maskil minn xahar ’il fuq kien hemm tmint elef u sitt mija li kellhom l-obbligu li jieħdu ħsieb il-post qaddis.+
31 U huma kellhom l-obbligu+ li jieħdu ħsieb l-Arka+ u l-mejda+ u l-gandlier+ u l-artali+ u l-għodod+ tal-post qaddis li kellhom jaqdu bihom u l-purtiera tad-daħla,+ u s-servizz kollu tiegħu.