46 Illum Ġeħova jagħtik f’idejja,+ u jien nidorbok u nneħħilek rasek minn fuqek; u llum nagħti l-iġsma mejtin tal-kamp tal-Filistin lit-tjur tas-smewwiet u lill-bhejjem salvaġġi taʼ l-art;+ u n-nies taʼ l-art kollha jkunu jafu li jeżisti Alla taʼ Israel.+
15 Imbagħad mar lura għand il-bniedem taʼ l-Alla l-veru,+ hu u l-kamp tiegħu, u wasal u waqaf quddiemu u qal: “Ara, issa naf li mkien fl-art kollha m’hemm Alla ieħor ħlief f’Israel.+ U issa, jekk jogħġbok, aċċetta rigal+ bħala barka mingħand il-qaddej tiegħek.”
19 U issa, O Ġeħova Alla tagħna,+ salvana,+ jekk jogħġbok, minn idejh, sabiex is-saltniet kollha taʼ l-art ikunu jafu li int, O Ġeħova, int waħdek Alla.”+