29 F’dan ix-xagħri jaqgħu l-iġsma mejtin tagħkom,+ iva, dawk kollha li ġew reġistrati minn fostkom, minn għoxrin sena ’l fuq, intom li gergirtu kontrija.+
65 Għax Ġeħova kien qal dwarhom: “Huma żgur li jmutu fix-xagħri.”+ Għalhekk, ma kien baqaʼ ebda raġel minnhom ħlief Kaleb, bin Ġefunne, u Ġożwè, bin Nun.+
14 U ż-żmien li ħadna biex imxejna minn Kades-barnegħa sakemm qsamna l-wied taʼ Żered kien tmienja u tletin sena, sakemm il-ġenerazzjoni kollha tal-gwerriera kienet intemmet minn nofs il-kamp, sewwasew bħalma kien ħalfilhom Ġeħova.+