25 Iktar tard Sawl ġie bl-irġiel tiegħu biex ifittxuh.+ Meta qalulu lil David, dan minnufih niżel lejn il-blat għoli+ u baqaʼ jgħammar fix-xagħri taʼ Magħon. Meta Sawl semaʼ b’dan, mar jiġri+ wara David fix-xagħri taʼ Magħon.
2 Issa kien hemm raġel f’Magħon,+ u xogħlu kien fil-Karmel.+ U r-raġel kien għani ħafna, u kellu tlett elef nagħġa u elf mogħża; u kien qed iġiżż+ in-nagħaġ tiegħu fil-Karmel.