18 U huma qamu u telgħu Betel u stħarrġu x’jgħid Alla.+ Imbagħad ulied Israel qalu: “Min minna għandu jitlaʼ fuq quddiem għall-battalja kontra wlied Benjamin?”+ Għal dan, Ġeħova qal: “Ġuda jkun fuq quddiem.”+
26 Għal dan, ulied Israel kollha,+ iva, il-poplu kollu, telgħu u waslu Betel u bkew+ u qagħdu bil-qiegħda hemmhekk quddiem Ġeħova u samu+ dakinhar sa fil-għaxija u offrew offerti tal-ħruq+ u offerti taʼ sħubija*+ quddiem Ġeħova.