3“‘U jekk l-offerta tiegħu tkun sagrifiċċju taʼ sħubija,*+ jekk jippreżentaha mill-merħla tal-baqar, sew jekk raġel u sew jekk mara, għandu jippreżenta offerta bla difett+ quddiem Ġeħova.
5 “‘Issa jekk is-sagrifiċċju li toffru lil Ġeħova jkun sagrifiċċju taʼ sħubija,+ għandkom toffruh bħala sagrifiċċju biex tiksbu l-approvazzjoni għalikom.+
26 Għal dan, ulied Israel kollha,+ iva, il-poplu kollu, telgħu u waslu Betel u bkew+ u qagħdu bil-qiegħda hemmhekk quddiem Ġeħova u samu+ dakinhar sa fil-għaxija u offrew offerti tal-ħruq+ u offerti taʼ sħubija*+ quddiem Ġeħova.
25 U David bena hemmhekk artal+ lil Ġeħova u offra sagrifiċċji tal-ħruq u sagrifiċċji taʼ sħubija, u Ġeħova beda jismaʼ t-talb bil-ħrara+ tal-pajjiż, u b’hekk il-flaġell tneħħa minn fuq Israel.