8 Meta rajt dan, peress li Israel ma wrietx fedeltà u għamlet adulterju, jien keċċejtha+ u tajtha ċ-ċertifikat biex niddivorzjaha għalkollox,+ u madankollu oħtha Ġuda t-traditura ma beżgħetx, imma hi stess bdiet tipprostitwixxi ruħha wkoll.+
14 “Erġgħu lura, O wlied ribelli,”+ hija l-kelma taʼ Ġeħova. “Għax jien sirt sidkom bħal raġel miżżewweġ;+ u se niħodkom, wieħed minn ġo belt u tnejn minn ġo familja, u nġibkom Sijon.+
3 U bdew jipprostitwixxu ruħhom fl-Eġittu.+ F’żgħożithom wettqu l-prostituzzjoni.+ Hemmhekk għafsulhom sidirhom,+ u hemmhekk rassewlhom ħobbhom meta kienu verġni.
4 Adulteri,+ ma tafux li l-ħbiberija mad-dinja hi għadwa m’Alla?+ Għalhekk, kulmin irid ikun ħabib+ tad-dinja qed jagħmel lilu nnifsu għadu t’Alla.+