3 U Mosè ġie u rrakkonta lin-nies il-kliem kollu taʼ Ġeħova u d-deċiżjonijiet ġudizzjarji kollha,+ u n-nies kollha wieġbu b’leħen wieħed u qalu: “Aħna lesti li nagħmlu l-kliem kollu li qal Ġeħova.”+
8 Għalhekk, Mosè ħa d-demm u raxxu fuq in-nies+ u qal: “Dan hu d-demm tal-patt+ li Ġeħova għamel magħkom skond dan il-kliem kollu li għadkom kemm smajtu.”
27 U Ġeħova ssokta jgħid lil Mosè: “Niżżel bil-miktub għalik innifsek dan il-kliem,+ għaliex hu fi qbil maʼ dan il-kliem li se nagħmel patt miegħek u maʼ Israel.”+
29Dan hu l-kliem tal-patt li Ġeħova kkmanda lil Mosè biex jagħmel maʼ wlied Israel fl-art taʼ Mowab minbarra l-patt li kien għamel magħhom fil-Ħoreb.+
16 talli tkunu ksirtu l-patt taʼ Ġeħova Alla tagħkom li hu kkmandakom, u talli tkunu mortu u qdejtu allat oħrajn u miltu quddiemhom.+ U r-rabja taʼ Ġeħova ċertament li se tixgħel kontrikom,+ u intom tgħibu bil-ħeffa mill-art tajba li takom hu.”+